It-tobba Russi qed jgħidu li ma għandhomx evidenza li turi li Alexei Navalny ġie vvalenat.
It-tobba qed jgħidu li mhux possibbli li Navalny jittieħed lejn l-Ġermanja għat-trattament meħtieġ minħabba l-kundizzjoni ħażina li fiha jinsab.
Navalny ta’ 44 sena ilu f’koma mill-Ħamis u jinsab fuq ventilatur fit-taqsima tal-kura intensiva wara li allegatament it-te li kien qed jixrob kien ivvalenat.
L-esponent ewlieni tal-Oppożizzjoni Russa u kritiku tal-President Russu Vladimir Putin ittieħed l-isptar wara suspett li ġie vvalenat waqt li hu kien fuq titjira lejn Moska minn Tomsk.