Rapport f’sezzjoni oħra żvela li inkjesta maġisterjali kkonkludiet li mhemm bżonn l-ebda passi fuq l-eks Kap tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, Marvin Gaerty, hekk kif ma nstabet xejn li dan seta’ kien influwenzat min-negozjant Yorgen Fenech.
Gaerty kien mitkellem mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji lura f’Diċembru tal-elfejn u għoxrin (2020) rigward pagamenti pendenti tal-VAT li kellu n-negozjant li llum hu akkużat bħala l-mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Minn hemmhekk il-każ għadda lill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li fetħet inkjesta.
Minkejja li kienu nstabu xi irregolaritajiet waqt l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet tat-taxxa mxew skont proċeduri permessi mill-liġijiet ta’ Malta.
F’kumment lill-midja, Gaerty, saħaq li dan jikkonferma dak kollu li kien ilu jgħid mill-bidu u sodisfatt li finalment ġiet konkluża l-investigazzjoni. Hu saħaq li qatt ma ġie offrut rigali minn Fenech jew li kellu xi tip ta’ relazzjoni miegħu.