L-Awstrija ipprojbixxiet l-ilbies ta’ velu sħiħ f’postijiet pubbliċi bħal qrati u skejjel. Il-Gvern Awstrijakk qed jiddeċiedi wkoll li jneħħi l-possibiltà li impjegati tal-istat jilbsu mkatar ma’ rashom u simboli reliġjuż oħra. Dawn il-passi huma meqjusa attentat biex tkun mitigata l-popolrità tal-Freedom Party; partit lemini estremist. Il-koalizzjoni li qed tmexxi bħalissa kważi waqgħat il-ġimgħa li għaddiex fost kriżi fin-negozjati dwar il-futur tal-Awstrija.