L-imħallef irtirat Michael Mallia ġie mitlub mill-Qorti sabiex jara l-messaġġi kollha li rċiviet il-blogger Daphne Caruana Galizia qabel il-mewt tagħha. Dan sabiex jiġi determinat jekk uħud minn dawn il-messaġġi kienux jiklassifikaw bħala ta’ theddid.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara talba mill-Ispettur Kurt Zahra waqt li kienet qed tkompli l-kawża fil-konfront tat-tliet irġiel akkużati bl-omiċijdu ta’ Caruana Galizia.
Il-kawża mistennija tkompli fit-22 ta’ Mejju li ġej.