Li Simon Busuttil m’għandu ebda kredenzjali biex jitkellem fuq l-ambjent jistgħu jikkonfermawh id-deċizjonijiet u kummenti tiegħu favur id-dewmien ta’ deċizjoni fil-każ tal-fish farms, kontra l-pjan għal enerġija iktar nadifa, kontra r-rinovar ta’ Bacir Numru Wieħed f’Bormla fil-progett tal-AUM, u favur l-estensjoni f’ODZ tal-Freeport.
Dan il-messagg ewlieni f’konferenza tal-Partit Laburista indirizzata mis-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri u l-Membru Parlamentari Franco Mercieca.
Innotaw l-impenn tal-Gvern li jżid il-pieni għal ksur tar-regolamenti tal-fish farms, il-ħidma fuq liġi li tirregola l-operat tal-fish farms, it-twaqqih tat-Torri tal-Falkun f’Montekristo, l-azzjoni dwar il-Jerma u l-Mistra Village, in-numru ta’ scrapyards u stalel li qed jiġu regolati, u l-proġett tal-qalba ghall-gass fil-produzzjoni tal-energija.
https://www.youtube.com/watch?v=IPkuknQ4AXc