782 persuna ffirmaw petizzjoni flimkien mal-Malta Football Players Association (MFPA) biex titneħħa n-nursery compensation fee, li skont l-assoċċjazzjoni qegħda atwallment fis-seħħ minn fuq minuri dilettanti skont ir-Regolamenti tal-MFA.
Skont l-MFPA, atwallment minuri bejn l-eta ta’ 12 u 18 il-sena ma jistgħux iħallu l-klabb tagħhom sakemm ma titħallasx somma flus.
Fil-petizzjoni kitbu li minkejja li huma minuri dilettanti u ma jitħallsux tal-parteċipazzjoni tagħhom, li diġa hemm fis-seħħ miżata annwali ta’ sħubija u li t-tim jista’ jiddeċiedi li ma jilgħabx u ma jħarriġx lil minuri, xorta waħda jintalbu jħallsu din il-miżata.
“Uliedna ma humiex komoditajiet finanzjarji. Aħna hawnhekk qed nitolbu biex din l-esplojtazzjoni tintemm” temmet tgħid l-Malta Football Players Association.