“Skużawni mhux faċli tkun hawn titkellem. Sena ilu għamilna l-IVF. Għamilna tliet transfers tlifna tmien embrijuni. Biex min jaħseb li hi faċli jew tagħmilha b’kapriċċ, ngħidlu qed tagħmilha biex ikollok it-tfal. M’għandix dritt li jkolli t-tfal imma għandi dritt li jkolli ċ-ċans.”
Din hija karba ta’ mara li tixtieq issir omm u li quddiem il-kumitat tal-Parlament dwar is-saħħa saħqet għaliex għandha tinbidel il-liġi tal-IVF li għandu pajjiżna bħalissa.
B’opinjonijiet diversi jitressqu quddiem il-kumitat, spikkaw l-esperjenzi personali.
Spiteri qalet li “Il-liġi kif inhi għalija u għar-raġel hija ristrettiva. Jien u r-raġel għandna match fid-demm fejn kull darba ġismi jaħseb li jien għandi kanċer u jirrifjuta l-embrijun. I can bypass trough surrogcay. Oħti lesti ġġorli t-tarbija. Bla ebda ħlas xejn. Imma l-liġi ma tkoprinix.”
Persuni bħal Leanne qed imorru barra l-pajjiż jekk ikunu jifilħu finanzarjament.
Dan kien ikkonfermat quddiem l-istess kumitat mill-ġinekologu Mark Sant. Fisser kif pazjenti marru barra l-pajjiż għal surrogacy, fejn persuna oħra ġorr it-tarbija tagħhom. Ma kellhomx għażla.
Sant spjega kif għandu żewġ pazjenti li marru l-Greċja għal surrogacy u li hu se jkun qed jippreżenta l-każi tagħhom, sabiex jiġi stabbilit jekk dan hux ġust jew le. Sostna li waħda min-nisa li għandha kundizzjoni f’qalbha u oħra li mgħandix lutru, fejn spjega kif dawn huma żewġ każi ġenwini.
Quddiem dawn l-esperjenzi ġenwini iż-żewġ pazjenti kellhom offerti biex iġorrulom it-tarbija. Dan mingħajr gwadann finanzjarju u mingħajr abbuż.
Jgħid li għandna nagħmlu liġijiet li jneħħu l-abbuż u mhux ma jsir xejn għax naħsbu li jista’ jkun hemm problemi.
Quddiem il-membri parlamentari sar ukoll appell minn Donia Scicluna mill-Malta Infertility Network biex jintbagħat messaġġ li jwaqqaf l-istigma.
Ġenituri bi bżonnijiet ta’ trattamenti tal-IVF, b’mod partikolari dawk mhux offruti f’Malta ma jersqux ‘il quddiem.
Tkellmet ukoll Claudette Abela Baldacchino li fissret l-esperjenza ta’ familtha biex hi u żewġha saru ġenituri b’interventi li swew l-eluf inkluż barra l-pajjiż.
Wieġbet lil dawk li jgħidu li din hi sempliċi xewqa.
Claudette Abela Baldacchino ”l-istint matern huwa ikbar minn xewqa. Din jien ma nsejħilix xewqa. Xewqa li nikol xi ħaġa, li jkolli dar kbira. L-istint matern huwa differenti ħafna minn xewqa.”
Bħalha sostniet Leanne Spiteri li mnikkta spjegat kif sal-lum ma kellhiex esperjenza ta’ suċċess.
Spiteri qalet l “inqtjana mid-dinja mhux faċli biex tgħix. Mhux faċli. Kemm tara koppji jitkellem. Ħadd. Jekk ikolli t-tfal żgur se jkunu ttimbrati għax qed nitkellem. Nittama li l-liġi tinbidel biex min ikun f’każi kumpelissi bħali ikollna id-dritt li jkollna ċ-ċans.”