Il-Partit Nazzjonalista qed jippersisti bil-kampanja tiegħu bil-għan li jipprova jdaħħal f’moħħ il-pubbliku li żdied il-faqar, anke jekk rapport tal-Caritas ippubblikat il-ġimgħa li għaddiet.
Mhux biss meta mitluba jgħidu minn fejn jirriżulta dan, il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista ma kinux kapaċi jgħidulna, iżda agħar minn hekk fuq it-televiżjoni qed jagħmlu dikjarazzjonijiet li jħalluk bla kliem. Ngħidu, aħna għal Roberta Metsola l-prova li hawn il-faqar hu l-fatt li n-nies m’għandhomx biex iħallsu l-liċenza tat-televiżjoni. Liċenzja li lanqas għadha teżisti bi tneħħija tagħha tmur lura għall-2012.