Dan ir-ritratt għamel dawra sew fuq l-internet. Jitkellem waħdu – persuna li forsi ma sabitx fejn tonxor, jew inkella ma kienx hemm xemx fil-gallarija tagħha, sabet soluzzjoni fit-triq. Aktarx dan ir-ritratt ittieħed fix-Xagħra – li hu ċert hu li din il-persuna ħassitha komda ferm, tant li ħarġet tonxor bil-ħwejjeġ tad-dar b’kollox. Lanqas tgħid ħarġet horse rack li tintrama’ u tiżżarma malajr! Le, organizzata bil-ħabel u l-labar tal-inxir b’kollox. Sintomatika ta’ mentalità Maltija, li wieħed jagħmel it-triq tiegħu? Hemm min jara fir-ritratt sitwazzjoni komika, u hemm min jinkorla għal din l-attitudni.