L-għada li ONE News xandar rapport ta Michael Zammit Maempel, li għajjar fossili lit-tliet Deputati Nazzjonalisti li rtiraw il-kandidatura tagħhom minn mal-Partit Nazzjonalista, Zammit Maempel u l-għaqda Repubblika bagħtu dritt ta’ risposta li fiha kien hemm argumenti identiċi.
It-tnejn qalu li dak li qal Maempel ma ntqalx f’isem l-għaqda Repubblika.
Maempel ġieli tkellem fl-attivitajiet tal-għaqda Repubblika u kiteb fuq twitter fuq persuni li rtiraw jew irriżenjaw mill-Partit Nazzjonalista.