Strutturi li fuqhom kienu jinħarqu l-katavri qed jinbnew f’Delhi, l-Indja, hekk kif m’għadx hemm spazju fejn issir il-kremazzjoni.
Nhar it-Tnejn biss, 380 persuna mietu f’Dehli waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19, u hemm nuqqas kbir ta’ sodod għall-kura intensiva, ossiġnu, u riżorsi kruċjali oħra fis-saħħa. Il-każijiet pożittivi tal-virus dejjem qed jiżdiedu fil-pajjiż, u t-total ta’ każijiet ġodda tal-aħħar jiem qabeż il-miljun.