Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Marzu, festa ta’ San Ġużepp, l-Old Motors Club Malta se jorganizza l-wirja statika annwali tiegħu b’riżq id-Dar tal-Providenza, fejn il-membri tiegħu jinġabru fil-parkeġġ tal-kumpless fis-Siġġiewi biex jesebixxu l-karozzi vintage u klassiċi tagħhom.
L-għan hu li jinġabru l-akbar numru ta’ karozzi possibbli u tiġi attirata l-akbar folla possibbli għal dan il-għan nobbli.
Il-fondi miġbura jiġu ppreżentati lill-Monsinjur Martin Micallef, Direttur tad-Dar Tal-Providenza, fi tmiem l-attività.
L-attività se tinkludi wkoll irkant ta’ MG Midget, vettura klassika, għall-karità.Minbarra hekk se jittella’ car boot sale. Min irid interessat jieħu sehem fil-car boot sale għandu jikkuntattja lil John Magri fuq 99880376.
L-Old Motors Club, permezz tal-membru tagħha Reniel Pisani, se jieħu wkoll lil dawk kollha interessati li jagħtu donazzjoni għal dawra abbord xarabank tat-tip Bedford OB Bus tas-snin erbgħin.
Għal aktar dettalji, wieħed jista’ jikkuntattja lil Aldo Pace, il-kordinatur tal-avvenimenti tal-Old Motors Club, fuq 79047473.
