MFPA żiedu l-vantaġġ tagħhom fil-quċċata tal-klassifika tal-VMFA Cisk Championship Pool wara li għelbu lil Birkirkara St Helen’s 7-3. Il-Malta Football Players Association kienu fi klassi għalihom fejn wara li skorjaw żewġ gowls fl-ewwel taqsima, żiedu ħamsa oħra fit-tieni waħda bl-avversarji tagħhom li ddiżappuntaw ferm f’din il-logħba.
Jonathan Bondin, Alexander Ribic u Roderick Bajada skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Mark Barbara wkoll niżżel ismu fost l-iskorers. Birkirkara St Helen’s naqqsu l-marġni tal-iskor tliet darbiet permezz ta’ Firas Aboulezz, Daniel Cremona u Nikolay Filipov.
Gżira United Veterans kisbu rebħa kbira ta’ 12-2 kontra Hibernians. Kif jindika l-iskor, il-Maroons iddominaw din il-logħba u rnexxielhom jiskorjaw 12-il gowl bil-protagonist prinċipali jkun Ian Zammit li kien awtur ta’ sitt gowls. Arthur Oyama skorja erba’ gowls oħra filwaqt li Trevor Cilia niżżel ismu darbtejn fost l-iskorers. Alex Gambin u Alan Tabone kienu l-iskorers għal Hibernians.
Sadanittant Rabat Veterans laħqu lil Luxol fl-ewwel post tal-klassifika tal-VMFA Challenge League wara li għelbuhom 9-6 fil-logħba diretta tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika. Adam Smeir kompla bl-appuntament tiegħu mal-gowl hekk kif skorja tripletta, l-istess bħalma għamel Ibrahim Tarik. Josef Caruana, Dylan Falzon u Timmy Zammit żiedu aktar gowls għar-Rabtin.
Beppe Antignolo skorja tripletta filwaqt li Michael Borg Olivier wettaq doppjetta personali filwaqt li Michael Galea għaqqad is-sitt gowls għal Luxol li minkejja kollox ma kinux biżżejjed sabiex jieħdu xi ħaġa minn din il-partita.
KLASSIFIKA – VMFA CISK CHAMPIONSHIP POOL
MFPA 35, Gżira United 31, Birkirkara St Helen’s 29, Hibernians 19
KLASSIFIKA – VMFA CISK CHALLENGE POOL
Luxol, Rabat Veterans 17, Żurrieq Wolves 3