Il-Malta Football Players Association se jibdew id-difiża tad-David Cluett Memorial Cup meta jilagħbu kontra d-debuttanti Floriana. Dan kollu seħħ meta telgħu l-poloz ta’ din il-kompetizzjoni organizzata mill-Veterans Malta Football Association li se tiftaħ l-istaġun tagħha fit-18 ta’ Settembru.
Sadanittant fil-partiti l-oħra mill-kwarti tal-finali, il-finalisti tas-sena l-oħra Hibernians għandhom impenn iebes kontra Gżira United filwaqt li Rabat Veterans u Birkirkara St Helen’s telgħu biex jilagħbu kontra Żejtun Red Stars u Żurrieq Wolves rispettivament.
Is-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni se jintlagħbu fit-23 ta’ Settembru sabiex il-finali hi skedata tlett ijiem wara.
Din il-kompetizzjoni tinsab fit-tielet edizzjoni tagħha fejn tfakkar lill-eks goalkeeper ta’ Floriana u tat-tim nazzjonali Malti David Cluett.