MFPA saħħew l-ewwel post tal-klassifika tal-VMFA Cisk Championship Pool meta fil-konfront dirett tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika għelbu lil Gżira United Veterans 4-2. Din kienet l-għaxar rebħa staġjonali għall-Malta Football Players Association li kienu determinati li jiksbu l-punti massimi kontra tim li kien qed ikollu wirjiet ferm tajbin. Aleksandar Ribic skorja doppjetta għal MFPA filwaqt li Aleksandar Marinkovic u Jonathan Bondin żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom. Gżira naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Gilbert Camilleri Lowell u Trevor Cilia. Referee: Jason Penza.
Birkirkara St Helen’s approfittaw minn dan ir-riżultat sabiex qabżu fit-tieni post tal-klassifika u jinsabu tliet punti bogħod mil-leaders MFPA meta għelbu lil Hibernians 5-3. Il-Karkariżi stabilixxew vantaġġ ta’ erba’ gowls sa tmiem l-ewwel taqsima bit-tieni taqsima li waslet ir-reazzjoni tal-Pawlisti tant li skorjaw tliet darbiet għalkemm ma kienx biżżejjed. Ayrton Buhagiar skorja żewġ gowls għal Birkirkara St Helen’s b’Daniel Cremona, Malcolm Bugeja u Firas Aboulezz li niżżlu isimhom fost l-iskorers. Leandros Calleja kien awtur ta’ doppjetta filwaqt li Adrian Lanzon żied ieħor għall-Pawlisti. Referee: Jason Penza.
Klassifika – VMFA CISK CHAMPIONSHIP POOL
MFPA 32, Birkirkara St Helen’s 29, Gżira United 28, Hibernians 19
Klassifika – VMFA CISK CHALLENGE POOL
Luxol 17, Rabat Veterans 14, Żurrieq Wolves 3