“Imexxu b’eżempju ħażin.”
Huwa dan it-titlu ta’ editorjal tat-Times tal-Ħamis dwar kif il-Partit Nazzjonalista baqa’ jikser il-liġi tal-finanzjament tal-partiti.
Dan hekk kif għal tliet snin sħaħ baqa’ jaħbi l-kontijiet finanzjarji tiegħu u d-donazzjonijiet li jirċievi kif stipulat bil-liġi.
L-editur tat-Times sostna li jekk il-Partit Nazzjonalista jrid jassigura standards għolja fil-ħajja pubblika ma għandux għażla ħlief jmexxi b’eżempju tajjeb.
Bil-qawl Ingliż “People in glasshouses should never hurl stones”, it-Times kompliet tinnota kif il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech evita li jagħti tweġibiet ċari dwar il-mod lampanti li l-partit li jmexxi qed jaħdem b’mod illegali.
Fl-aħħar jiem Bernard Grech saħaq li mhux isib awdituri, b’bosta osservaturi jinnutaw li ħadd ma jrid jiffirmalu għat-taħwid li għandu fid-Dar Ċentrali.
Mitlub jispjega, Bernard Grech ħarab.
Ġurnalist – “Għaliex mhux jiffirmawhomlok l-awdituri?”
Bernard Grech – “Qed tgħid ereżijiet kbar.”
It-Times żiedet tgħid li l-ewwel ħaġa li Kap ta’ partit u partit politiku għandu jagħmel hu li jirranġa daru.
Xi ħaġa li anki ġiet innutat minn midja oħra fl-aħħar jiem, bl-editorjal tat-Torċa wkoll saħaq li Grech u l-palladini tas-saltna tad-dritt jippriedkaw ħafna fuq dan imma fl-istess waqt li qed jibqgħu jinjoraw il-Kummissjoni Elettotrali wara li nħarġu ħames ittri ta’ twissija.
It-Times fl-editorjal tagħha qalet ukoll li filwaqt li b’mod pubbliku ssib ir-rapport tad-donazzjonijiet tal-Partit Laburista, tal-Partit Nazzjonalista li jħaddem l-iskema sigrieta taċ-ċedoli, ma ssibu mkien fl-aħħar snin.
Dwar it-taħwid fil-Partit Nazzjonalista hemm anki deputati ta’ Bernard Grech li qed jiżgiċċaw jew jiddisassoċjaw ruħhom.
L-ewwel li bdiet kienet Roberta Metsola li l-prestazzjoni tagħha quddiem mistoqsijiet pertinenti kienet evidenti kemm kienet dgħajfa u kellha taħrab.
Imbagħad Ivan Bartolo qalilna li hu ma għandux x’jaqsam.
Ivan Bartolo: “M’għandix x’naqsam, thank you.”
Kemm ilu Bernard Grech Kap għal sena sħiħa, il-Partit Nazzjonalista għadu qatt ma ressaq dak mitlub skont il-liġi tal-finanzjament tal-partiti.
Ara wkoll: