Il-mexxejja ta’ pajjiżi kbar bħall-Istati Uniti, Franza, il-Ġermanja u l-Kanada qablu mar-Renju Unit li huma kważi ċerti li l-Gvern Russu kien il-moħħ wara l-attakk ta’ Salisbury.
Hemm hekk Sergei Skripal, eks spija Russu u bintu ġew avvelenati b’dak imsejjaħ Novichok.
Meta kienu qed jindirizzaw il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, dawn il-pajjiżi influwenti fid-dinja appellaw lir-Russja biex itemm dan il-programm qattiel tan-Novichok.
Għalkemm l-eks spija Russu u bintu salvaw wara li rċevew il-kura fi sptar għal xahrejn sħaħ, il-Gvern Ingliż qed jorbot il-qtil ta’ mara li wkoll ġiet f’kuntatt man-Novichok, mili ‘l bogħod minn Salisbury.