Aktar minn 370 mexxejja reliġjużi madwar id-dinja ffirmaw dikjarazzjoni li fiha qed jitolbu għal projbizzjoni tat-terapija tal-konverżjoni. Jiġifieri jwaqqfu t-trattament jew psikoterapija li jkollha l-għan li tbiddel l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna jew li trażżan l-identità tal-ġeneru ta’ persuna.
Din id-dikjarazzjoni se titressaq waqt konferenza mtella’ mill-Uffiċċju għall-Affarijiet Barranin, il-Commonwealth u l-Iżvilupp fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ingliż.
Malta kienet l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li għamlet din il-prattika bħala illegali.