Shimon Peres, li serva bħala Prim Ministru Iżraeljan darbtejn u darba bħala President, miet wara li ġimgħatejn ilu sofra minn attakk f’qalbu. Bosta mexxejja jinsabu fl-Iżrael għall-funeral ta’ Peres li miet fl-etá ta’ 93 sena. Shimon Peres se jkun qed jindifen fiċ-ċimiterju Nazzjonali ta’ Ġerusalemm.
Fost dawk preżenti hemm il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, il-mexxej Palistenjan Mahmoud Abbas, li qed iżur l-Iżrael għall-ewwel darba mill-2010. Dan il-mexxej kien wieħed minn negozjaturi ewlenin fi ftehim ta’ paċi fl-1993, li għalih Shimon Peres rebaħ il-premju Nobel flimkien mal- Prim Ministru ta’ dan iż-żmien Yasser Arafat u l-mexxej Iżraeljan Yitzhak Rabin.
Mahmoud Abbas stqarr li bil-preżenza tiegħu għal dan il-funeral xtaq iwassal messaġġ lis-soċjetá Iżraeljana li l-Palestinjani jridu l-paċi u li japprezzaw l-isforzi li għamel Shimon Peres.
It-tebut ta’ Peres ġie eskortat mill-Militar mill-Parlament lejn iċ-ċimiterju Nazzjonali ta’ Iżrael Mount Herzl. Fejn bħalissa bosta Mexxejja qed jitkellmu dwar Peres u jsellmu l-ħidma tiegħu.