Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta hija fi qbil mal-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-avvenimenti fit-Turkija u sostna li l-istituzzjonijiet demokratiċi għandhom jiġu rispettati.
Il-Prim Ministru jinsab f’Ulaanbaatar, fil-Mongolja, jippartecipa f’Summit bejn pajjiżi Ewropej u Ażjatiċi.
Kif jidher mir-ritratt, il-mexxejja Ewropej ikkonsultaw lil xulxin qabel ma ħarġet il-pożizzjoni Ewropea, u saret ukoll laqgħa urġenti tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin li għaliha attenda l-Ministru George Vella, li jinsab mall-Prim Ministru.
Ritratt: Jason Borg, DOI