Mexxej tal-mafja Taljan li tul dawn l-aħħar tlieta u għoxrin sena kien imifttex ġie arrestat mill-Pulizija fl-Urugwaj.
Rocco Morabito mlaqqam il-‘King tal-Kokajina ta’ Milan’ kien ilu għal dawn l-aħħar snin moħbi fl-Amerka ta’ isfel.
Huwa kien imexxi il-grupp criminali u mafjuz Ndrangheta li huwa magħruf li jikkontrola t-tmexxija kollha tal-kokajina fid-dinja.
Fuq att kriminali wieħed fost ħafna oħrajn li għamel lura fid-disgħinijiet huwa diga’ qed suġġett għal sentenza ta’ tletin sena ħabs meta prova jdaħħal tunelata kokaina fl-Italja mill-Brazil.
L-arrest tar-raġel seħħ il-bieraħ f’ waħda mill-aktar lukandi lussużi fl-Urugwaj wara sitt xhur investigazzjoni mill-pulizija tal-pajjiż.
Is-suspetti lir-raġel jista jkun qed f’ dan il-pajjiż bdew wara li rreġistra lit-tifla tiegħu fi skola lokali.
Huwa mifhum lir-raġel li għandu ħamsin sena wasal fl-Urugwaj fis-sena elfejn u tnejn.