Frans Micallef OP ġie elett mill-ġdid bħala l-Provinċjal tal-Patrijiet Dumnikani Maltin waqt it-48 Kapitlu Provinċjali tal-Provinċja Dumnikana Maltija li qed isir fil-Kunvent tad-Dumnikani ġewwa r-Rabat.
Frans Micallef OP twieled ir-Rabat fl-1948 u ħa l-edukazzjoni tiegħu s-Seminarju u fil-Kulleġġ Filosofiku Tejoloħiku San Tumas D’Akwinu.
F’Settembru tal-1965 huwa għamel il-Professjoni Reliġjuza u ġie ordnat saċerdot f’Marzu tal-1971. Huwa ggradwa fil-mużika u serva f’divesi uffiċċji tal-Provinċja bħal Surmast tal-Istudenti, Pirjol tal-Kunvent tar-Rabat, Amministratur Finanzjarju, Rettur tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir għal dawn l-aħħar sittax-il sena kif ukoll Kappillan tal-Parroċċa tal-Portu Salvu l-Belt Valletta fejn beda wkoll Radju Xeb-er-Ras.
Fl-2013 gie magħżul Provinċjal għall-ewwel darba.