Qed jiġi rrapportat illi ċ-Chairman tal-kumpanija taż-żejt Russa Lukoil, Ravil Maganov miet wara li waqa’ minn tieqa fis-sitt sular ta’ sptar f’Moska.
Huwa kien rikoverat fl-isptar għall-marda severa li kellu.
Il-mewt ta’ Maganov hija l-aħħar minn sensiela ta’ għadd ta’ negozjanti Russi bi profil għoli li mietu f’ċirkostanzi misterjużi.
Bħalissa qed issir l-investigazzjoni mill-awtoritajiet Russi sabiex jistabilixxu kif miet.
Skont rapporti fil-midja Russa qed jingħad li x’aktarx neħħa ħajtu b’idu.