Sejba ta’ mara bla ħajja f’Marsalforn qed tkun meqjusa bħala waħda suspettuża mill-Pulizija.
Il-mara Ingliża ta’ 65 sena nstabet ftit tal-ħin ilu u l-Pulizija għadha kif bdiet bl-investigazzjoni tagħha. Il-mara tgħix Għawdex u mhux kienet hawn fuq btala. Saħansitra għandha karta tal-identità Maltija.
Il-każ kien irrapportat fid-08:45.