Tliet persuni nqatlu u mal-għoxrin indarbu wara li raġel saq karozza fuq in-nies fiċ-ċentru ta’ Melbourne fl-Awstralja.
Il-Pulizija qalet li sparat lill-aggressur fi spalltu, u arrestatu.
Jidher li l-inċident m’huwhiex wieħed marbut ma’ terroriżmu, iżda għandu x’jaqsam ma’ każ ta’ diżgwit familjari li seħħ aktar kmieni fl-istess jum.
Il-vittmi għadhom ma ġewx identifikati, għalkemm il-Pulizija ta’ Melbourne qalet li huma raġel u mara li għandhom madwar tletin sena, u tifel ta’ ftit snin.
Fost dawk midruba, hemm tarbija ta’ tliet xhur u tifel ta’ sentejn li jinsabu f’qagħda kritika, u żewġt itfal ta’ disgħa u tnax –il sena rispettivament.
Il-karozza qabel l-attakk