Ħafna mill-pajjiżi Ewropej ilhom mill-Ġimgħa jesperjenzaw temperaturi għoljin u mewġa ta’ sħana mill-aktar qalila.
Pajjiżi bħar-Renju Unit, Franza u Spanja kważi esperjenzaw temperaturi rekord.
Fi Spanja t-temperaturi laħqu l-40 grad filwaqt li f’Londra l-Ġimgħa t-temperatura telgħet għal 34 grad celsius.