Is-sħana fil-Mediterran qed tagħmel tagħha u ħaddiema tat-tifi tan-nar qed jissieltu mal-ħin jipprovaw iwaqqfu nirien li qed jaqbdu kawża tat-temperaturi għoljin.
Fil-fatt, eluf ta’ pompieri qed jiġġierldu kontra nirien kbar fil-Portugall, Spanja u l-Lbiċ ta’ Franza hekk kif dawn il-pajjiżi huma maħkuma minn mewġa ta’ sħana li donnha mhix se tbatti.
Eluf ta’ persuni kellhom jiġu evakwati minn djarhom minħabba biża’ li n-nirien ikomplu jinfirxu.
Numru ta’ ajruplani u ħelikopters qed jintużaw sabiex jitfgħu glalen ta’ ilma sabiex jikkalmaw in-nirien. B’xorti ħażina, pilota, ta’ ajruplan minnhom tilef ħajtu wara li l-ġġarraf l-ajruplan viċin il-fruntiera bejn il-Portugall u Spanja waqt li kien għaddej bl-operazzjoni tat-tifi tan-nar.