L-Uffiċċju tar-Renju Unit qiegħed ibassar li l-Ħamis tiġi rreġistrata temperatura record li taqbeż 38.5°C f’Awwissu tal-2003, f’Kent.
Paul Gundersen, kelliem mill-uffiċċju meterjoloġiku Ingliż qal li l-mewġa ta’ sħana se tkun simili għal dak li kellna f’Ġunju, meta l-arja sħuna mxiet ‘il fuq u laqgħtet partijiet mill-kontinent.
Huwa qal li t-temperaturi se jkunu għoljin matul il-ġurnata, filwaqt li bil-lejl, it-temperaturi ħa jkunu relattivament sħan, li wkoll jistgħu jaqbżu r-records.
Franza wkoll mistennija tesperjenza temperaturi għoljin, imma mhux mistennija jilħqu t-temperatura ta’ 46°C li ġiet irreġistrata, ix-xahar li għadda. Dan il-pajjiż bħalissa qiegħed jaffaċċja wkoll perjodu ta’ nuqqas ta’ xita li beda mill-aħħar mewġa ta’ sħana u mistennija tkompli tippersisti.
Il-Belġjum, Ġermanja u Switzerland u pajjiżi Skandinavi huma mistennija jintlaqtu minn din il-mewġa ta’ sħana.
Fir-reġjun ta’ Castelo Branco fil-Portugall inqabdu nirien kawża ta’ temperaturi għoljin. Dawn in-nirien ħallew 39 persuna midruba. Minkejja li aktar minn 1,000 pumpier irnexxielhom jitfu 90 % it-temperatura qed jagħmlu s-sitwazzjoni aktar ikkumplikata.
It-Tnejn, ġiet ippublikata mappa mis-servizz tal-emerġenza tal-Kumissjoni Ewropea. Din il-mappa turi li Spanja, il-Portugall u l-Italja għandhom possibbilità kbira ta’ nirien ikkawżati minn temperaturi għoljin.
Ritratt: Euronews