Fil-jum tal-Ħamis it-temperaturi fl-Ingliterra huma mistennija li jilħqu l-erbgħa u tletin grad, temperatura għolja għall-pajjiż, bil-possibilità li wkoll jara l-indiċi UV fl-ogħla livelli li qatt ġew irreġistrati. Matul il-jum tal-Erbgħa l-Ingilterra esperjenzat l-aktar ġurnata sħuna tas-sena bit-temperatura tilħaq livell rekord.
Din il-mewġa ta’ sħana mistennija ġġib magħha maltempati u xita qalila.
Intant, iċ-ċittadini Ingliżi qed jiġu mħeġġa biex jevitaw milli joħorġu barra hekk kif matul il-jum tal-Ħamis il-bassara tat-temp wissew li r-radjazzjoni tal-UV se tilħaq livell ta’ tmienja u saħansitra anke disa’ f’xi żoni, livell rari u għoli ħafna għall-Ingilterra.