Il-baħar u l-forza inviżibbli li għandu jaf iġiegħlek tħossok żgħir u inferjuri, iżda għal xi wħud jaf jidher sabiħ u interessanti.
Id-delizzju tal-fotografu Awstraljan bl-isem ta’ Lloyd Meudell hu li jieħu ritratti ta’ mewġ kbir minn angolu li jidhru qishom muntanji.
“Minn dejjem kont ninteressa ruħi fil-fotografija u ili ħajti kollha nirkeb il-mewġ. Wara li rajt xogħol ta’ fotografija ta’ ħaddieħor, iddeċidejt li nibda nieħu r-ritratti tal-mewġ għax deher delizzju ferm interessanti” qal Lloyd.
Hu qal ukoll li bosta mir-ritratti li ħa kienu tal-lokalità ta’ fejn joqgħod hu, f’New South Wales, l-Awstralja. Lloyd qal ukoll li għandu għażla vasta ta’ fejn imur jiġbed il-mewġ, iżda xi kultant id-dawl jaf ikun xi ftit frustranti.