Iż-żewġ membri parlamentari ewropej eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista, David Casa u Roberta Metsola ma attendewx għall-ewwel laqgħa mal-President ta’ Malta, George Vella.
Dan wara li dalgħodu stess, l-uffiċċju tal-President ta’ Malta ġie infurmat li t-tnejn li huma kellhom jitilgħu Brussell.
Il-President ta’ Malta, George Vella qal dan waqt li awgura lill-membri parlamentari ewropej kollha eletti.
Huwa appella biex kull wieħed u waħda minnhom iżomm f’moħħu l-interess ta’ Malta hekk kif spjega li mhux neċessarjament dak li hu tajjeb għall-pajjiżi kbar fl-Unjoni Ewropea, huwa tajjeb għall-pajjiżi kollha inkluż għal Malta.
B’sodisfazzjon innotta li l-elezzjoni li għaddiet kienet waħda demokratika u trasparenti u fisser id-delegazzjoni Maltija bħala waħda b’parita bejn is-sessi, b’element Għawdxi u b’taħlita ta’ kompetenzi.