F’intervista fuq ir-radju tal-Knisja, Roberta Metsola qalet li trid li pajjiżna jikkontribwixxi finanzjarjament minn flus miġbura mit-taxxa, favur il-pjan biljunarju tal-Ewropa biex jinxtara l-armamenti.
Fil-fatt, Metsola qalet li kieku hi kienet il-Prim Ministru, kienet tieħu l-fondi biex iżżid l-armamenti fid-difiża.
“Kieku jien kont ngħidilhom, isma’ għandi bżonn naqra minn dawk il-fondi.”
Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola
Fl-istess nifs li qalet li tibbenefika biex iżid l-armamenti, Metsola qalet li ħadd mhu qed jifhem il-pjan biljunarju li resqet l-Ewropa biex jinxtara l-armamenti.
“Ħafna affarijiet qed jingħadu u ħadd ma jaf xejn.”
Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola
Tul l-intervista ukoll, Metsola ġiet mistoqsija dwar il-futur tagħha wara li jgħaddi t-terminu tagħha bħala President tal-Parlament Ewropew, bl-Ewroparlamentari Nazzjonalista tgħid li mhux se tispekola.
Madankollu, hija qalet li quddiem ekonomija b’saħħitha b’opportunitajiet dejjem jiżdiedu għax-xogħol, il-Partit Nazzjonalista jista’ jagħmel aħjar.
“Because you could do better.”
Il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola