Waqt żjara fl-MCAST il-President tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, ma reġgħetx ħarġet mid-daħla ewlenija, minn fejn iktar qabel daħlet u sabet studenti jipprotestaw kontra tagħha.
Hi għamlet dan biex tevita lill-istudenti li protestaw u lill-ġurnalisti li nġabru biex jistaqsuha d-domandi barra l-MCAST.
One News jista’ jiżvela li l-pjan kien li Metsola toħroġ mid-daħla li daħlet minnha u anke ddur l-istudenti. Iżda, ladarba rat l-istudenti jipprotestaw kontriha qabdet lift, niżlet minnhu u ħarġet dirett mill-‘underground’ parking. Hekk evitat lill-istudenti u anke lill-ġurnalisti li kienu fuq barra jistennewha biex jistaqsu l-mistoqsijiet.
Metsola qed tkun akkużata li qed tiffaċilita l-ġenoċidju li qed jitwettaq fil-Medda ta’ Gaza mill-forzi Iżraeljani.