Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla jikkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista jaqbel ma’ Roberta Metsola u l-aħħar dikjarazzjonijiet tagħha b’rabta mas-sitwazzjoni internazzjonali li qed tiddomina bħalissa bil-gwerra fl-Ukrajna u l-kunflitt fil-Lvant Nofsani.
Fil-fatt, is-sit awtorevoli Politico kkwota lil Metsola tgħid li l-Ewropa għandha ssaħħaħ l-armamenti tagħha u tkun lesta għal li jinqala’.
Dan anke billi l-Parlament Ewropew ikompli jimbotta x-xiri konġunt u biex ikun hemm żvilupp ta’ armi li jiġu ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.
Dwar dan staqsejna propju lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech li ma ħasibiex darbtejn biex qabel ma’ Metsola.
“Roberta Metsola qed titkellem b’mod ċar fuq il-ħtieġa li l-Unjoni Ewopea u naħseb ilkoll nablu li nkunu lesti.”
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech
Grech qabel ma Metsola minkejja li qalet ukoll li l-forza Ewropea trid tikkumplimenta l-qawwiet tan-NATO.
Metsola qalet dan wara li l-ħabib tagħha u ta’ Simon Busuttil, Manfred Weber, kien appella biex l-Ewropa tħejji bl-armi nukleari kontra r-Russja.
Grech ma kienx waħdu mill-istess Partit Nazzjonalista li qabel mad-dikjarazzjonijiet ta’ Metsola.
Propju jum qabel id-Deputati Mark Anthony Sammut u Bernice Bonello kienu ċari fil-pożizzjoni tagħhom.
Mark Anthony Sammut – Importanti li l-Ewropa żżid in-nefqa tagħha fuq id-difiża iva.
Bernice Bonello – Inkompli ma’ dak li qal l-Onorevoli.