“Tantx timpressjonaw ruħkom b’dak li qalu…”
Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola ħarġet tiddefendi l-pożizzjoni tagħha li l-Unjoni Ewropea żżid in-nefqa fuq l-armamenti billi tgħajjar lil dawk li hi sejħet lil tas-‘Super One’.
Metsola, li bħalissa hi l-President tal-Parlament Ewropew, qalet li mhux soltu tagħha twieġeb għall-istejjer tagħna.
Iżda, din id-darba għamlet żewġ minuti fuq is-sufan tiżvoga mal-iscreen tal-mobile.
Qalet, “M’iniex xi waħda li s-soltu nwieġeb għall-istejjer redikoli tas-Super One, imma f’dan il-każ se nagħmel eċċezzjoni.
Fl-aħħar xhur Metsola kienet deskritta minn attivisti għall-paċi bħala waħda li qed tiffaċilita l-ġenoċidju.
Seħibha Manfred Weber appella biex l-Unjoni Ewropea tarma b’armi nukleari.
Iżda, Metsola qed tgħid hekk lil min jesponi dan kollu.
Qalet, “Mhux biss redikoli, iżda agħar minn hekk perikolużi.
U minn hawn ‘il quddiem infexxet f’attakk fuq il-Prim Ministru Robert Abela, li kontinwament jinsisti għal waqfien mill-ġlied f’Gaża u kontra l-gwerer.
Qalet, “Ipokrezija ta’ Prim Ministru, li ma jistax ma jafx jiddeċiedi. Prim Ministru li għalih il-politika mhi xejn għajr kummiedja.”
Kemm ilha President Roberta Metsola mhux biss spiċċat fil-mira tal-attivisti minħabba l-gwerra, iżda l-attivisti kontra l-koruzzjoni f’pajjiżi oħra sejħula miss mafia għal mod kif iddefendiet il-gvernijiet korrotti tagħhom.
Qalet, “Ftakruha din meta terġgħu taraw ismi fuq is-Super One,”