Roberta Metsola jaf titfa n-nomina tagħha għal Kap tal-PN illum, wara ġimgħat tgħid li mhix se tikkontesta l-kariga.
Sorsi fil-PN qalulna li wara li rat lil min ħareġ għall-kariga sal-lum, Metsola reġgħet bdiet tikkonsidra li tikkontesta. Fuq kollox imbottawha biex titfa’ isimha għal Kap biex ma jgħatux ċans lill-avukat Adrian Delia jirbaħ it-tiġrija.
Metsola hija l-għazla ta’ Busuttil u huwa sigriet magħruf li kien qed iħeġġiġha tikkontesta. Jekk filfatt tikkontesta b”sorpriza’, tkun hi dik li tiġi mbuttata fil-ġimgħat li ġejjin.
Jekk tiddeciedi li tgħamel din il-U-turn Metsola mistennija titfa’ n-nomina tagħha fis-sighat li ġejjin meta llum jagħlqu n-nomini għall-kariga ta’ Kap tal-PN.