Rapport dwar il-midja fl-Ewropa, li imkien ma kien isemmi lil Malta, saritlu emenda minn Roberta Metsola biex jiddaħħal isem pajjiżna f’dawl ikrah.
Dan kien żvelat waqt dibattitu f’Xarabank bejn Roberta Metsola u Miriam Dalli, bl-MEP tal-Partit Laburista tiżvela din l-emenda bħala prova oħra ta’ kif Metsola qiegħda kontinwament tipprova timmina lil Malta.
Ir-rapport jismu Media Pluralism and Media Freedom in the European Union u f’għexieren ta’ paġni ma kien jissemma ebda pajjiż. Sakemm fost oħrajn tfaċċa isem Malta.
Fil-fatt, l-emenda li daħlet Metsola tgħid li r-rapport għandu jkun imħsasseb bil-livell ta’ ħelsien tal-media f’Malta u l-MEP tal-PN qalgħet li din hi mhedda u r-rapport għandu jitkellem ukoll f’dan is-sens.
F’dikjarazzjoni iebsa Miriam Dalli insistiet li din mhix l-ewwel darba li Roberta Metsola marret fl-Unjoni Ewropea tagħmel ħsara lill-pajjiżna.