B’kitba bl-Ingliż Metsola ħarġet tilqa’ s-sentenza tal-Qorti Ewropea fil-konfront ta’ Malta dwar il-qafas leġislattiv dwar iċ-ċittadinanza b’investiment.
Fi kliemha, ġie deċiż dak li kienet ilha taf u attakkat il-qafas ta’ Malta li minnu l-pajjiż daħħal kważi biljun u nofs ewro.
Metsola ngħaqdet ma’ Deputati Nazzjonalisti bħal Karol Aquilina, David Casa u esponenti oħra fosthom Jason Azzopardi u mill-għaqda Repubblika, dan f’attakk u sodisfazzjon fuq is-sentenza kontra pajjiżna.
Hija nfexxet f’tgħajjir fil-konfront tal-Prim Ministru Robert Abela u qalet li dan il-qafas immina l-istrateġija ekonomika ta’ pajjiżna meta dan il-qafas daħħal flus li ntużaw fi proġetti ta’ housing soċjali u anki salva eluf ta’ impjiegi bl-għajnuniet waqt pandemija fost oħrajn.