Il-President tal-Parlament Ewropew u Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola qalet li ħadd ma jgħidilha li ffaċilitat ġenoċidju, għajr għall-Partit Laburista.
Tali dikjarazzjoni surreali, Metsola tennietha waqt intervista ta’ ftit aktar minn nofs siegħa ma’ Tim Diacono tal-Lovin’ Malta.
TIM DIACONO: “Tinkwieta li you might go down in history bħala persuna li kienet willingly jew le a genocide enabler?”
ROBERTA METSOLA: “L-unika persuna li tgħid hekk hi l-Partit Laburista.”
TIM DIACONO: “Le mhux veru.”
Il-ġurnalist tal-Lovin’ Malta, minkejja dan, innota kif mhuwiex biss il-Partit Laburista li jgħid hekk, iżda anke persuni oħrajn li m’għandhom xejn x’jaqsmu mal-Partit Laburista.
Ftit jiem wara l-attakki tas-7 ta’ Ottubru tal-2023, Metsola kienet fost tal-ewwel li ppożat għar-ritratti u l-filmati tappoġġja lil Iżrael liebsa l-ilbies protettiv ta’ dawk li jmorru għall-gwerra.
Minn hemm ’il quddiem, Iżrael mar fuq attakk aħrax, l-agħar wieħed fl-istorja ta’ għexieren ta’ snin f’dan il-konflitt, li diġà ħalla aktar minn 52,000 persuna mejta, fil-maġġoranza nisa u tfal, waqt li oħrajn kellhom jaħarbu minn djarhom.
L-aġir ta’ Metsola ġab il-kundanna ta’ ħafna, fosthom bosta attivisti favur il-paċi.
Studenti f’università fi Vjenna qalu lil Metsola f’wiċċha li għandha idejha mċappsin bid-demm tal-vittmi innoċenti u, filwaqt li injorathom, dawn spiċċaw jinħarġu ’l barra bil-Pulizija.
Din mhix l-unika kundanna u protesta lejn l-istituzzjoni u anke kontra l-President tagħha, Roberta Metsola, hekk kif, fi protesti mifruxin madwar l-Ewropa kollha, inkluż barra l-Parlament Ewropew, ġew akkużati li huma responsabbli għall-massakru f’Gaza.
Bħall-istudenti Awstrijaċi, l-Ewroparlamentari Nazzjonalista ntlaqgħet minn grupp ta’ studenti lokali fl-MCAST f’Raħal Ġdid, li akkużawha li hi responsabbli għall-ġenoċidju tal-Palestinjani fil-Lvant Nofsani.
Dakinhar, Metsola spiċċat taħrab mill-istudenti u l-ġurnalisti preżenti billi ħarġet mill-garaxx ta’ taħt l-art tal-istess kulleġġ.