L-ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola ma eskluditx li Adrian Delia għandu jirriżenja mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista wara li fl-ewwel test elettorali tiegħu, il-Partit Nazzjonalista ġarrab waħda mill-akbar telfa elettorali fl-istorja tiegħu.
Fit sigħat wara li kien hemm indikazzjonijiet ċari li l-Partit Nazzjonalista tilef b’aktar minn erbgħin elf vot l-elezzjoni tas-Sibt, Roberta Metsola qalet li minn din l-elezzjoni intbagħtu bosta messaġġi.
Metsola li fl-aħħar snin kienet ħobża u sikkina mal-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qalet li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jirċievi dawn il-messaġġi la darba joħroġ ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali li din is-sena saru ma’ Malta u Għawdex kollu.
Metsola li ftit li xejn tara għajn m’għajn ma’ Delia qalet li l-Partit Nazzjonalista se jkollu jirreaġixxi wkoll dak il-ħin ukoll.
Kien hawnhekk li meta mistoqsija mill-ġurnalist tat-Times of Malta jekk taħsibx li Delia għandu jirriżenja minn kap tal-partit Nazzjonalista, dawret wiċċha u baqgħet sejra.
Dan flok ma wriet il-fiduċja tagħha fil-Kap Nazzjonalista u wieġbet fin-negattiv għall-mistoqsija li saritilha.
Filmat: Times of Malta