Roberta Metsola saħqet li l-politika ambjentali dwar il-klima qed twassal lill-votanti lejn partiti populisti.
Hija din il-kritika li issa qed tIffaċċja b’mod ewlieni mill-kamp tal-ħodor, il-President tal-Parlament Ewropew u d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew wara kummenti li għaddiet waqt intervista.
Siti ta’ aħbarijiet u ta’ analiżi politika bħas-sit awtorevoli Politico, iżda anki f’Malta mill-MaltaToday, ġie nnotat l-aġir ta’ Metsola li suppost tiġbor is-sentiment ta’ Parlament Ewropew sħiħ, iżda li ħadet il-linja tal-Popolari Ewropej, li huma kontra pakkett leġislattiv ewlieni dwar it-tibdil fil-klima li jagħmel parti mill-Green Deal.
Numru ta’ Ewro-Parlamentari fosthom il-Ġermaniżi Terry Reintke u Michael Bloss qalu lil Metsola li l-kummenti tagħha kontra pakkett leġislattiv ambjentali mhumiex il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u Bloss talabha titlob apoloġija għall-kummenti tagħha.
“Il-protezzjoni tal-klima hija l-protezzjoni tal-bniedem”, saħaq Bloss, filwaqt li Alberto Alemanno, Professur tal-liġi Ewropea nnota kif l-ewwel Metsola u l-Partit tagħha tal-Popolari Ewropej wegħdu liġi ambjentali li tindirizza t-tibdil fil-klima, imbagħad talbu biex nieħdu pawża fuq dan u issa spiċċaw jattakkaw l-istess liġi ambjentali bħala waħda li toħloq il-burokrazija u li tforni l-populiżmu.
“Dan huwa ton diżonest u populist”, innota Alemanno quddiem l-aġir ta’ Metsola u Manfred Weber, il-ħabib ta’ Simon Busuttil u li jmexxi l-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew, li kien b’mod ewlieni kontra l-liġi tal-klima.
Kelliem għall-Partit Popolari Ewropew u anke kelliem għall-Partit Konservattiv u Riformista, grupp lemini, iddefendew il-kummenti ta’ Metsola.
Dan l-aġir ta’ Metsola mhux l-ewwel darba li ġie nnotat.
B’rabta mal-iskandlu QatarGate, rapport li ħarġet, it-Transparency International EU kien saħaq fuq Metsola, “ħafna paroli u ftit azzjoni.”