Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola ħadet l-irwol fi Brussel li ddur il-ġurnalisti u titkellem kontra l-Gvern Malti u kontra Malta biex tipprova timmina l-Presidenza ta’ tal-Kunsill tal-Ministri ta’ Malta.
Kienet il-gazzetta KullĦadd li rapportat kif fl-aħħar ġimgħat Metsola, imqabbda minn Simon Busuttil, marret fuq ġurnalisti speċifiċi barranin ibbażati fi Brussel u qaltilhom ċar u tond li hi mhux se tħalli l-Presidenza tkun suċċess “għax ġejja elezzjoni u l-Gvern jirkeb fuqha”.
Il-kliem li wżat minn Metsola kienu li l-elezzjoni f’Malta hija fil-qrib u l-Gvern se jkun qed juża l-Presidenza biex jidħol għall-elezzjoni fuq nota pożittiva. “We (PN) will not let them get away with it”, qalu sorsi fi Brussels li tkellmu ma’ mal-KullĦadd.
L-istess sorsi spjegaw li dawn il-ġurnalisti impressjonaw ruħhom kemm hi organizzata biex ittellef lil Malta waqt il-Presidenza. Il-ġurnalisti li semgħu dan id-diskors kienu kwotati jgħidu li kienu mbellħin b’dan id-diskors. “Qatt ma sabu ma’ wiċċhom sitwazzjoni hekk fejn Membru Parlamentari ta’ pajjiż li se jiehu l-Presidenza jitkellem kontra pajjiżu stess,” qalu l-istess sorsi.
F’dawn l-aħħar xhur żdiedu l-attakki f’media bbażati fi Brussel u jidher ċar kristall li l-Partit Nazzjonalista qed jipprova jħammeġ isem Malta lejliet il-Presidenza.
Kullħadd żvelat ukoll wkoll li kien hemm stejjer li twaqqfu mill-ġurnalisti nfushom għax meta ċċekkjaw ma’ sorsi tagħhom f’Malta stess sabu li dak li temawhom ma kien veru xejn u ntiż biss biex jagħmel ħsara.