Kandidati Nazzjonalisti kienu fost l-uniċi li ma ffirmawx stqarrija ta’ solidarjetà mal-poplu Palestinjan dwar il-bumbardamenti f’Gaza fosthom fuq tfal Palestinjani.
Stqarrija minn għadd ta’ NGOs li għaliha ffirmaw l-istqarrija ta’ solidarjetà anki kandidati Laburisti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, dawk tal-Partit Nazzjonalista ma ridux jiffirmawha.
Fil-fatt il-Maltatoday irrappurtat kif Roberta Metsola, David Casa u Peter Agius fost oħrajn ma ridux jiffirmaw din l-istqarrija ta’ solidarjetà mal-poplu Palestinjan fejn titlob ukoll għat-tmiem tal-okkupazzjoni mill-Istat Iżraeljan u l-waqfien ta’ attakki bil-bombi f’Gaza fuq persuni ċivili.
Metsola nnifisha hi akkużata li għenet biex isir ġenoċidju f’Gaza u protesti li saru kontriha qalulha li għandha d-demm imċappas fuq idejha.
Hi dejjem injorat dawn il-protesti.
F’Malta quddiem żgħażagħ fl-MCAST jipprotestaw kontriha, Metsola ħarbet mill-garaxx u fl-Awstrija meta qabdu jipprotestaw kontriha, inġabu l-pulizija kontra studenti fl-Università.