Dan li qed jissejjaħ ‘bank tal-ħwejjeġ’ issa jinsab fl-Imqabba, ħdejn l-iskola primarja. Il-‘bank’ huwa reċipjent kbir fi spazju pubbliku, organizzat mill-għaqda non-governattiva Refab, bil-kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Imqabba.
Il-ħsieb huwa li dawk il-ħwejjeġ li wieħed iħoss li m’hemmx aktar bżonn għalihom, jitħallew f’reċipjenti apposta. Il-ħwejjeġ jintużaw biex ikunu riċiklati, jew mibgħuta lejn fejn ikunu apprezzati.
Hemm ħsieb ukoll li dawn ir-reċipjenti għar-riċiklaġġ tal-ħwejjeġ jiżdiedu f’aktar lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. S’issa, min xtaq jikkontribwixxi lejn dan il-għan kellu jmur Ħaż-Żebbuġ.