Ir-riħ u l-maltemp li ħakem lill-pajjiżna fl-aħħar jiem wassal biex iġġarfet għal kollox it-tieqa tad-dwejra. L-attrazzjoni ikonika f’San Lawrenz, Għawdex li issa saret parti mill-istorja ta’ pajjiżna. Fil-programm Pjazza tkellimna ma’ Martha Marie Gauċi, mara li huwa mifhum li ħadet propju wieħed mill-aħħar ritratti tat-tieqa tad-Dwejra qabel waqgħet.
PJAZZA tkellem ukoll ma’ Noel Formosa, is-sindku ta’ San Lawrenz li stqarr li l-ġurnata tal-bieraħ kienet waħda sewda iżda jemmen bi sħiħ li din iż-żona għad hemm ħafna aktar x’toffri.