Minkejja li l-Partit Nazzjonalista jippriedka fuq kif irid idaħħal il-fidi lura fil-politika, il-kliem ma jirrifletti xejn fil-fatti.
Il-Partit Laburista organizza konferenza tal-aħbariijiet, fid-dawl li ġew żvelati l-konsulenzi li Simon Busuttil ta lill-kumpanija Europea Research and Consultancy Services, li tagħha kien wieħed mid-diretturi meta kien mexxej tac-Ċentru Informazzjoni Malta Unjoni Ewropea.
Fost dawn il-konsulenti mħallsa, kien hemm il-blogger Nazzjonalista Daphne Caruana Galizia. Dak iż-żmien, il-paga ta’ Busuttil kienet seba’ darbiet iktar mill-paga minima, meta llum huwa Kap tal-Oppożizzjoni li tant jitkaża b’kwistjonijiet relatati mal-abbuż tal-paga minima. Id-Deputat Laburista Silvio Schembri qal li dawn il-fatti kollha jqajmu ħafna mistoqsijiet. Il-Ministru Edward Zammit Lewis osserva kif Busuttil moħħu biex iwaħħal f’ħaddieħor mingħajr ma jirranġa tiegħu nnisfu.
https://www.youtube.com/watch?v=u1ZyMowj3QY