Surġent tal-pulizija kien sema’ lill-Avukat Carmel Chircop irrabjat jitkellem fuq il-mobile ma’ xi ħadd dwar xi pagamenti jiem biss qabel l-assassinju tal-Avukat.
Dan ħareġ minn xhieda fil-Qorti waqt il-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-każ kontra l-aħwa tal-Maksar Adrian u Robert Agius, Jamie Vella u George Degiorgio, iċ-Ċiniż.
Is-Surġent Emanuel Scicluna stqarr ukoll li sema’ lil Chircop jistaqsi, “Meta ser tagħtini dawk il-pagamenti?”
Il-persuna li kien fuq in-naħa l-oħra tat-telefonata ma ssemmiex fl-awla iżda fl-istess żmien tal-assassinju, wieħed mill-akkużati fil-każ, Adrian Agius, kellu jagħti sitt mitt elf ewro lil Chircop.
Is-seduta trattat sbatax-il xhieda dwar l-assassinju ta’ Carmel Chircop kif ukoll ta’ Daphne Caruana Galizia.