“L-ikbar sfida tal-ħajja miżżewġa s’issa hi li tispjega kif Ivan ħa kunjomi, biex b’hekk it-tnejn li aħna ġejna b’kunjomna Abela Grech.” Hekk kitbet il-kunsilliera tal-Kunsill Lokali ta’ Birzebbugia, Leanne Abela Grech fuq il-midja soċjali, fejn spjegat kif riċentament hi u r-raġel tagħha ddeċidew li jidħlu f’unjoni ċivili, liġi li ddaħlet fis-seħħ fis-sena 2014.
Hi saħqet li għalkemm din il-liġi bosta jsejħula bħala l-liġi li ddaħlet għall-gays, fil-verità, f’Malta, l-unjoni ċivili tista’ ssir ukoll minn koppji eterosesswali.
Leanne spjegat kif b’hekk ir-raġel tagħha Ivan, issa għandu kunjomha wkoll u legalment it-tnejn li huma għandhom il-kunjom Abela grech.
Hi kompliet billi qalet li “l-unjoni ċivili għandha l-istess drittijiet daqs żwieġ ċivili. Mingħajr ma ndaħħal politika, li kieku ma kinitx din il-liġi, kieku x-xewqa tagħna ma kinitx tkun possibbli!”