Koppja sfortunata biżżejjed biex sfronda s-saqaf tas-sala tat-tieġ tagħhom ftit tal-jiem ilu, issa spiċċat f’Malta mingħajr flus, wara li l-operatur Low Cost Holidays falla.
Keith u Sharon Clarke kienu f’pajjiżna fuq il-honeymoon fejn speraw li bil-btala setgħu jinsew l-orrur li kellhom jgħaddu minnu dakinhar tat-tieġ.
Hekk kif wasslu Malta, ħadu l-aħbar li l-operatur falla, dawn kellhom jużaw flus li kellhom jintużaw waqt il-btala biex isibu fejn joqgħodu, u issa spiċċaw b’assolutament xejn għal ġimgħa sħiħa.
Keith Clarke iddeskriva dan kollu bħala ħolma kerha fejn ma jistgħu jagħmlu xejn għajr iġebbdu l-flus li għandom sa ma jmorru lura l-Ikozja, fejn joqgħodu.
Sa ma qabel telqu min darhom dawn kienu għandhom ma jafux il-kwistjoni li nqalgħet lill-Low Cost Holidays, li rranġathom għal frisk u rriżultat biex dawn qas gawdew l-iktar btala mportanti f’ħajjithom!
Sors: Daily Mail