ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Internazzjonali

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Partit Nazzjonalista tad-double standards anke fil-livell ta’ Kunsilli Lokali – il-PL

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Varata Taqsima għad-Dipendenza mid-Droga biex tiġbor tagħrif xjentifiku għall-politika nazzjonali 

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Miżuri soċjali b’saħħithom favur il-familji li jikkonfermaw ir-ruħ soċjali tal-Gvern Laburista

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Illum il-Prim Ministru fl-Albanija għas-summit tal-Komunità Politika Ewropea

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta tgħaddi għall-finali tal-Eurovision bil-kanzunetta ‘Serving’

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Illejla jmiss lil Malta … Miriana Conte tikkompeti fit-tieni semifinali tal-Eurovision 2025 

      15 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Il-finali tal-FA Trophy il-Ħadd li ġej  

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-MFA preżenti għall-75 Kungress tal-FIFA

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hibernians jaħsdu lil Hamrun S. u jiksbu post fil-finali

      14 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Partit Nazzjonalista tad-double standards anke fil-livell ta’ Kunsilli Lokali – il-PL

      16 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

      16 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Varata Taqsima għad-Dipendenza mid-Droga biex tiġbor tagħrif xjentifiku għall-politika nazzjonali 

      16 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Internazzjonali

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Partit Nazzjonalista tad-double standards anke fil-livell ta’ Kunsilli Lokali – il-PL

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Varata Taqsima għad-Dipendenza mid-Droga biex tiġbor tagħrif xjentifiku għall-politika nazzjonali 

      16 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Miżuri soċjali b’saħħithom favur il-familji li jikkonfermaw ir-ruħ soċjali tal-Gvern Laburista

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Illum il-Prim Ministru fl-Albanija għas-summit tal-Komunità Politika Ewropea

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Malta tgħaddi għall-finali tal-Eurovision bil-kanzunetta ‘Serving’

      16 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Illejla jmiss lil Malta … Miriana Conte tikkompeti fit-tieni semifinali tal-Eurovision 2025 

      15 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Il-finali tal-FA Trophy il-Ħadd li ġej  

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      L-MFA preżenti għall-75 Kungress tal-FIFA

      16 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hibernians jaħsdu lil Hamrun S. u jiksbu post fil-finali

      14 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

      Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

      16 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Partit Nazzjonalista tad-double standards anke fil-livell ta’ Kunsilli Lokali – il-PL

      16 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

      16 ta’ Mejju 2025

      Aħbarijiet

      Varata Taqsima għad-Dipendenza mid-Droga biex tiġbor tagħrif xjentifiku għall-politika nazzjonali 

      16 ta’ Mejju 2025

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Awla dwar l-ewtanasja volontarja assistita se jerġa’ jixxandar is-Sibt wara nofsinhar

      16 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Aspetti kulturali, ambjentali u l-wirt marittimu waqt Mal-Moll ta’ din il-ġimgħa fuq…

      15 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jitħabbru d-dati għall-awdizzjonijiet ta’ Liquorish 2026

      15 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ARA: Is-sitt semifinali ta’ Brillanti Singers bit-tema; Disco

      13 ta’ Mejju 2025

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd
Lokali

Meta l-vittma u l-kriminal jitkellmu

minn ONE News 19 ta' Marzu 2017
minn ONE News 19 ta' Marzu 2017

• SE JIDĦOL F’MALTA L-KUNĊETT TA’ MEDJAZZJONI BEJN VITTMI U AGGRESSURI

• M’HEMMX TIP WIEĦED TA’ MEDJAZZJONI

F’Malta għadha mhix popolari, anzi tista’ tgħid għadha ma bdietx. L-użanza ta’ medjazzjoni bejn il-vittma ta’ reat u l-aggressur hija maħsuba biex tibda f’April wara li titnieda iktar tard dan ix-xahar. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ Dr Sandra Scicluna, akkademika li kienet responsabbli mit-taħriġ tal-uffiċjali li se jservu ta’ medjaturi.

Din hija sistema li ilha teżisti, bdiet fis-70ijiet fil-Kanada fejn ikollok persuna li kkommettiet reat u ddispjaċiha tiltaqa’ mal-vittma tagħha, biex anki tiskuża ruħha u forsi tagħmel xi emenda għal dak li għamlet jekk il-vittma taċċetta. Fil-fatt il-proċess jirnexxi biss jekk it-tnejn jaċċettaw u dwaru staqsejna numru ta’ mistoqsijiet lil

Spiteri li kellha tweġibiet dettaljati u mirquma x’tagħti.

Din it-tip ta’ medjazzjoni trid tkun fuq l-inizjattiva ta’ min wettaq ir-reat?

Aħna dejjem nibdew b’min wettaq ir-reat biex nevitaw dak li jissejjaħ secondary victimisation. Il-vittma diġà saret vittma; hija persuna li m’għamlet xejn. Spiċċat fis- sitwazzjoni għax iċ-ċirkostanzi hekk kienu allura ma nkunux irridu nsaqsu l-vittma l- ewwel li forsi tgħid li lesta tiltaqa’ ma’ dak li jkun, imbagħad immorru fuq il-persuna li wettqet ir-reat u tgħidilna li ma tridx tiltaqa’ mal-vittma jiġifieri għalhekk dejjem nibdew mill-persuna li kkommettiet r-reat u jekk taċċetta ngħaddu għall-vittma.

X’għandha differenti medjazzjoni f’dal-qasam minn oħrajn bħal dik ċivili jew kummerċjali?

Meta għandek medjazzjoni ċivili jew kummerċjali, għandek relazzjoni fejn iż-żewġ partijiet diġà jafu lil xulxin u għandhom forma ta’ relazzjoni jew fil-business jew familjari, mhijiex bejn żewġ persuni estrani. Meta qed nitkelmu fuq victim offender reconciliation għandna żewġ persuni estrani. Però l-vittma spiċċat fin-nofs bla m’għamlet xejn u hemm ħafna iżjed biża’ min-naħa tal-vittma.

Jiġifieri qed ngħidu li l-idea tinbet minn min ikun wettaq ir-reat li jitkellem mal-vittma?

L-idea ġeneralment tinbet mill-medjaturi. Il-każ ikun il-Qorti jew fuq parole u meta jkun qed jaħdem mal-persuna li wettqet ir-reat, xi professjonist jista’ jgħid isma’ dan jista’ jkun lest għall-medjazzjoni? Hekk tinbet ġeneralment. X’se jkunu qed jieħdu minnha ż-żewġ partijiet speċjalment il-vittma li dan l-
aħħar forsi bħal donnu li sar inqas importanti minn min iwettaq ir-reat?

It-tnejn jiggwadanjaw xi ħaġa. Ħa nibdew mill-vittma. Il-vittma ħafna drabi jkollhaħafna mistoqsijiet x’tagħmel lill-persuna li għamlet reat kontriha. Għalfejn jiena?

Għalfejn dħalt f’dahri? Għalfejn weġġajtni? Jien x’qatt għamiltlek? Inti tafni? Xi ħadd tak informazzjoni fuqi? Dawn id-domandi kollha l-vittma tista’ tistaqsihom wiċċ imb’wiċċ lill-persuna li kkommettiet ir-reat kontrieha. Il-vittma jgħinha ħafna l-fatt li għandha wiċċ li taf min hu mhux it-tip ta’ qisek għandek fantażma li weġġgħek. Il-fatt li jiena ltqajt miegħek u kellimtek, dik tgħin ħafna lill-vittma. Min-naħa l-oħra, il-persuna li kkommettiet ir-reat ukoll tgħinu ħafna. Tgħin fis-sens li iżjed isir konxju tal-ħsara li għamel. Ħafna nies li jikkommettu r-reati, m’għandhomx xi ħaġa speċifika kontra l-vittma – anzi lanqas biss ikunu jafuha probabbli, u ma jirrealizzawx ħafna drabi meta inti titkellem magħhom u tistaqsihom għaliex weġġgħu lil xi ħadd, jgħidulek li m’għandhom xejn kontrihom. Però fil-verità importanti li jirrealizzaw li weġġgħu persuna. Ħaġa oħra hija li din tgħin lill-persuna li kkommettiet ir-reat terġa’tjidħol lura fis-soċjetà. L-idea hi li kien hemm ksur u nipprovaw nerġgħu nirranġawh.

Lil min ikun wettaq ir-reat tgħinu b’tali mod li ma jsirx riċediv?

Idealment iva, però qed nitkelmu fuq nies jiġifieri ma tista qatt tkun 100%. Imma jekk tasal fil-punt fejn verament jiddispjaċik li weġġajt lil xi ħadd, li lest tagħmel apoloġija sinċiera, dik lilek għandha tgħinek biex ma tagħmilx reati oħra għax tkun taf kif ħassejtek. Mhix faċli għall-persuna li kkommettiet reat li taffaċċja l-vittma li tkellem lill-vittma għax hi taf x’għamlet eżatt.
 
Min-naħa tal-vittma, jista’ jkun li meta ssir jaf min hi l-persuna tikber fiha s-sensazzjoni ta’ rabja u tpattija?

Iva, fil-fatt wieħed mix-xogħol tal-medjatur huwa li jiltaqa’ kemm mal-vittma u kemm mal-persuna li għamlet ir-reat qabel l-ewwel laqgħa tal-medjazzjoni jiġifieri l-medjatur irid ikun skilled biżżejjed biex jara li m’hemmx dak li jissejjaħ power imbalance. Dan ifisser li la l-persuna li kkommettiet ir-reat ma tħossha superjuri lejn il-vittma u lanqas il-vittma ma tħossha superjuri lejn il-persuna li għamlet ir-reat.
Importanti li jekk il-medjatur jaħseb li hemm dan l-iżbilanċ, u li xi wieħed mill-partijiet b’xi mod ħa jweġġa’, il-medjazzjoni wiċċ imb wiċċ ma ssirx. Mhux bilfors kull medjazzjoni ssir face to face, jista’ jkun hemm każi fejn il-partijiet qatt ma jiltaqgħu u l-medjatur ikun qisu l-go between u dawk huma każi oħrajn li huma jew delikati wisq jew problematiċi.
 
X’metodi oħra hemm apparti wiċċ imb wiċċ?

Wiċċ imb wiċċ hija l-medjazzjoni klassika. Inti waqt il-medjazzjoni li trid tagħmel hu li ġġib iż-żewġ partijiet jaqblu bejniethom dwar x’ħa tagħmel il-persuna li kkommettiet reat għall-vittma. Jista’ jkun li ma jiltaqgħux wiċċ imb wiċċ u dal-ftehim xorta jsir, però jsir bejn il-vittma u l-medjatur u bejn il-medjatur u l-persuna li kkommettiet ir-reat jiġifieri qisu l-medjatur ikun fin-nofs, jieħu l-informazzjoni bejn it-tnejn u jipproponi lit-tnejn. Qbil mingħajr qatt ma jiltaqgħu.

Min l-aktar jirreżisti l-medjazzjoni?

Ma tistax tgħid għax kull każ hu uniku. Għat-tnejn hija diffiċli. Nafu li mir-riċerka li saret, waħda mill-complaints li jkollhom il-vittma li anki meta jkun hemm apoloġija ħafna drabi, il-persuna li kkommettiet ir-reat ma tkunx sinċiera u inti meta persuna tagħmillek apoloġija u ma tkunx sinċiera tinduna. Dawn il-każi ħa jkollna żgur għax wieħed ma jistax jeskludi li persuna tgħidlek li ddispjaċiha u li ma terġax imma ma tkunx sinċiera. Il-medjatur irid joqgħod attent li jkun hemm ċertu sinċerità però qatt ma tista’ tkun żgur. Importanti li wieħed iżomm f’moħħu li l-fatt li l-persuna li kkommettiet ir-reat tipparteċipa fil-medjazzjoni, din mhu ħa jkollha l-ebda influwenza fuq is-sentenza. Għaliex? Għax inkella kulħadd jipparteċipa u jgħid li ddispjaċih jekk jeħles mill-ħabs. Però din importanti. Kull persuna li tipparteċipa mhux ħa jkollha l-ebda influwenza, infatti l-liġi qiegħda ċara, fuq is-sentenza.

Tara din it-tip ta’ medjazzjoni possibbli f’kull reat, anki f’każ ta’ qraba ta’ mejjet fi qtil?

Barra minn Malta jsiru dawn il-każijiet però jsiru wara proċess twil ta’ ħidma minn professjonisti differenti kemm mal-persuna li qatlet u kemm mal-qraba tal-mejjet. Mhix faċli, jien inħobb ngħid let’s start small jiġifieri ma nimmaġinax li ħa jkollna f’dawn is-snin xi każ li ħa jkun daqshekk jaħraq. Jien qed nimmaġina iżjed każi ta’ serq minn businesses, fejn il-vittma ma sofrietx b’mod gravi. Ma nimmaġinax xi każ ta’ stupru, ta’ grevious bodily harm. Kull każ hu differenti. Issa naħseb li l-ewwel nibdew nimxu mbagħad nibdew niġru.

Meta nitkellmu fuq superjorità, il-vittma tistaqsi ħafna drabi għaliex twettaq ir-reat. Min-naħa tal-kriminal, kemm taħseb li jkun lest li jwieġeb?

Ħafna drabi jkunu lesti għax ħafna kriminali ma jirrealizzawx li l-vittma qed issaqsi did-domanda. Fis-sens, għalihom tant hija faċli li għamlu r-reat veru però jafu li kienu hemm aċċidentalment, jien mhux li għandi xi ħaġa għalik, u dik tgħin ħafna lill-vittmi għax jibżgħu li dil-persuna kellha għalihom, u dan ħa jerġa’ jivvittimmizzahom. Almenu l-fatt li l-persuna tiġi tgħidlek jiena għalik personali ma kelli xejn u m’għandi xejn.

F’każ li l-għan ikun personali, x’jiġri?

F’dak il-każ, il-medjatur irid joqgħod attent ħafna. Jista’ jkun li ma jlaqqagħhomx. Hemm anki studji barra f’każijiet ta’ vjolenza domestika, fejn għandek raġel qed isawwat lil mara. Hemm żewġ ideat: waħda li iva għandha tintuża l-victim offender mediation u oħra li le u l-argumenti qegħdin kollha fuq dik li tissejjaħ power imbalance. Jiġifieri li inti għandek raġel isawwat lill-mara diġà hemm żbilanċ fil-poter. Issa jekk jien ħa nissuġġerixxi l-medjazzjoni, il-mara tista’ taċċetta għax tant tkun imwerwra li taċċetta kollox. Allura ħafna drabi f’dal każi x’jiġri? L-ewwel ikun hemm is-separazzjoni jiġifieri ma jibqgħux taħt l-istess saqaf, isir ħafna xogħol mar-raġel u mal-mara. Meta l-mara ma tibqax imbeżżgħa mir-relazzjoni, hemm tista’ ssir il-victim offender mediation.

Qed nitkellmu wkoll dwar kif ikunu involuti l-familji. Kemm tkun involuta l-komunità?

Il-liġi tagħna tagħti biss li l-victim offender mediation issir biss bejn il-persuna li kkommetta r-reat u l-vittma tiegħu. Però jeżistu wkoll fl-Ewropa u fl-Amerka, prattikament fid-dinja kollha nistgħu ngħidu, dawk li jissejħu jew extended victim offender mediation fejn inti tista’ ġġib ħabib, ħabiba, ġenituri, jew xi ħadd biex jagħtik is-sapport. Kemm min-naħa tal-offender u kemm min-naħa tal-vittma. Imbagħad hemm dawk li jissejħu l-conferencing fejn inti mhux biss għandek il-familjari tiegħek imma ħa jiġi xi ħadd mill-pulizija jew mill-Kunsill Lokali fejn ħa jkollna nies – int, il-familjari u ċ-ċirku ta’ barra li huwa l-komunità. Malta m’għandniex il-liġi li tkopriha jiġifieri hawn Malta ħa nibdew biss bil-vittma u bil-persuna li kkommettiet reat.

Biex issir, l-akkużat irid ikun ammetta?

Irid mhux biss jammetti imma jemmen f’dik l-ammissjoni jiġifieri mhux biss għax l-avukat tiegħu qallu li jaqbillu jammetti. Jiġifieri mhux it-tip li jgħidlek li għamiltha imbagħad meta niġu għas-si u n-no jgħidilha le isma’ m’għamilthiex għax hemmhekk ikollok diżastru.

Min ikun involut f’każ wara ieħor f’atti kriminali, x’suċċess taħseb li jista’ jkollu f’medjazzjoni?

Meta għandek persuna li qed tagħmel ħafna reati wieħed wara l-ieħor, ġeneralment fil-bidu lanqas biss tipprova tagħmel medjazzjoni għax il-persuna tkun qiegħda wisq disturbata u fil-ħajja kriminali. Però ġeneralment wara ammont ta’ snin f’dil-ħajja kulħadd jegħja u hemmhekk jista’ jkun anki jekk għandek persuna li għamlet 10 jew 15-il reat. Jista’ jkun li mal-15-il wieħed, tasal biex tgħid jien daqshekk irrid naħdem fuq ħajja ġdida jiġifieri jiddependi ħafna fuq il-persuna li tagħmel ir-reat u għalhekk nibdew minn hemm ukoll.

Tarawh bħala programm tajjeb biex jirriabilita kriminali żgħażagħ?

Idealment, però l-liġi tagħna ma tagħtiniex, li dan jintuża maż-żgħażagħ speċjalment ma’ dawk iż-żgħar li ma jkunux ikkommettew xi ħaġa serja, u tintuża anki min-naħa tal-pulizija jiġifieri qabel ma nibdew il-proċess tal-Qorti jista’ jkun hemm każ fejn il-pulizija tlaqqagħhom mal-vittma tagħhom. Però hawn Malta dil-biċċa mhux possibbli. Iridu bilfors jittellgħu l-Qorti, imbagħad ħalli ladarba li jibda l-proċess, il-Qorti tista’ tiddeċiedi li tissuġġerixxi victim offender reconciliation.

Taħseb li għandna nimxu ’l quddiem minn dan l-aspett?

Jiena l-ewwel ħaġa li nixtieq nara hija li tinfetaħ il-possibbiltà li l-pulizija wkoll irressqu każi għal victim offender mediation. Nippruvaw nużaw il-medjazzjoni minflok ċertu tfal, minn 14 sa 16-il sena, intellgħuhom il-Qorti. Dik hija xi ħaġa li nixtieq nara bħala l-ewwel pass.

Ma taħsibx li biex xi ħaġa hekk verament tkun ta’ suċċess irid ikun hemm xi tip ta’ kumpens lill-vittma, forsi finanzjarju? Taħseb li d-diskors biss jagħlaq il-ferita?

Il-laqgħa hija importanti għax meta ssir ikun hemm il-ftehim. Il-ftehim jista’ jkun apoloġija waħedha, jista’ jkun kumpens ta’ flus, jista’ jkun kumpens ta’ xogħol, jista’ jkun kumpens ta’ xogħol fil-komunità. Jista’ jkun li l-vittma tgħidlu jien għalija ma rrid xejn, l-unika ħaġa li rrid hija li tmur għat-trattament. Kull vittma hija differenti. In-neċessità ta’ kull vittma hija differenti, hekk kif in-neċessitajiet ta’ min jikkommetti r-reat huma wkoll differenti. M’għandekx formola li inti tista’ ddaħħal u toħroġ bir-riżultat.

Min jiddeċiedi x’kumpens tieħu l-vittma?

Il-medjatur qiegħed hemm biex jimmedja fis-sens nagħmlu mod eżempju li dan seraqli €500 u jiena bħala vittma ngħidlu li rrid €2,000 bħala kumpens għax jiena ma sofrejtx il-500 biss imma sofrejt b’mod psikoloġiku, kelli mmur għand psikjatra u kelli nipposponi xi ħaġa li ridt nixtri, u jien noħroġ bil-figura ta’ €2,000. Il-medjatur jista’ jkun jara l-elfejn ewro wisq. Għaliex? Forsi l-persuna ma taħdimx jiġifieri dan minn fejn ħa jġib €2,000? Jista’ jkun li jgħid ukoll li l-vittma qed jipprova japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni allura l-medjatur jista’ jissuġġerixxi li minflok €2,000, il-persuna li għamlet reat kontrik ma taħdimx u ma jistax tagħtik €2,000. Inti tikkuntenta b’€1,000? Imbagħad jekk iġġib lill-vittma tgħidlek iva, tmur lura għand l-aggressur, għax dan irid joħroġhom il-flus. Jiġifieri l-medjatur irid jara dak li huwa ġust, ma jrid lil ħadd mill-partijiet isofri, però jrid ikun ukoll possibbli. Jekk inti taf li l-persuna li kkommettiet reat mhux ħa tasal, inutli tgħidilha tħallsek €2,000 għax mhux ħa tasal, anzi tkun agħar.

Fiex kien jinvolvi t-taħriġ li sar għal dan il-programm?

It-taħriġ huwa varjat imma jittratta l-iżjed fuq il-proċess tal-medjazzjoni, il-problemi speċjalment vis-a-vis offenders victims, jiġifieri mhux biss il-medjazzjoni ċivili jew kummerċjali. Tkellimna ħafna fuq il-vittma, tkellimna ħafna fuq il-persuni differenti li jikkommettu r-reati, u l-persuni li għandek toqgħod attent minnhom, speċjalment reati frodisti. Jekk inti xi ħadd li għandu anti-social personality, hawnhekk trid toqgħod ukoll attent jiġifieri ċertu nies jew reati iżjed trid toqgħod attent.

Sodisfatta s’issa bil-kwalità ta’ dawk li se jkunu medjaturi prospettivi?

Iva, naħseb huma nies validi ħafna, għandhom it-taħriġ adekwat, għandhom ukoll ħafna esperjenza fil-qasam ta’ dat-tip ta’ xogħol, fil-criminal justice, jiġifieri ma naħsibx li għandu jkollna problemi.

Kemm tħares ’il quddiem għal medjazzjoni iktar effettiva?

Jien naħseb li ftit ftit din tikber. Qed ngħid hekk mhux biex ngħid xi ħaġa sabiħa però kull fejn bdiet dejjem kibret. U dejjem jekk il-Qrati, il-pulizija u l-avukati jaċċettawha din tikber, għax mhijiex xi ħaġa li ddejjaq lin-nies u l-pubbliku inġenerali allura m’għandhiex għalfejn ma tikbirx.
lura m’għandhiex għalfejn ma tikbirx.

TAGS aggressurmedjaturvittma
  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
ONE News

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Malta flimkien ma’ pajjiżi Ewropej jiffirmaw dikjarazzjoni fuq l-għajnuna umanitarja f’Gaza

    16 ta' Mejju 2025
  • Partit Nazzjonalista tad-double standards anke fil-livell ta’ Kunsilli Lokali – il-PL

    16 ta' Mejju 2025
  • Kollox lest għall-finali tal-FA Trophy bejn Birkirkara FC u Hibernians FC

    16 ta' Mejju 2025
  • Varata Taqsima għad-Dipendenza mid-Droga biex tiġbor tagħrif xjentifiku għall-politika nazzjonali 

    16 ta' Mejju 2025
  • Miżuri soċjali b’saħħithom favur il-familji li jikkonfermaw ir-ruħ soċjali tal-Gvern Laburista

    16 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept